1971 Malta - Joe Grech

  • hace 18 años
"MARIJA L-MALTIJA"

M'hemmx li jdur l-iżveljarin
Nistenna li jgħaddi l-ħin
Putirjal mimli bit-tama
Ħdejn il-funtana nkun nistenniek
Sabiex moħħi jsib is-serħ
Qalbi timtela' bil-ferħ
Il-fortuna laqqgħatni miegħek
Ħelu d-destin

Marija, Marija, Marí
Ismek fuq fomm kulħadd, isem ferrieħ
Marija, Marija, Marí
Bħal ward li jfewwaħ ġnien tant hu sabiħ

Kulur ħaddejk lewn xrar in-nar
Minn ġos-smewwiet
L-Anġli ġabu żewġ kwiekeb kbar
Blu, blu, dawk għajnejk sbieħ
Tbissima ta' mistrieħ
Denja li tkun bint Malta
Marija l-Maltija

M'hemmx li jdur l-iżveljarin
Nistenna li jgħaddi l-ħin
Putirjal mimli bit-tama
Fejn il-funtana nkun nistennik
Sabiex moħħi jsib is-serħ
Qalbi timtela' bil-ferħ
Il-fortuna laqqgħatni miegħek
Ħelu d-destin

Marija, Marija, Marí
Ismek fuq fomm kulħadd, isem ferrieħ
Marija, Marija, Marí
Bħal ward li jfewwaħ ġnien tant hu sabiħ

Kulur ħaddejk lewn xrar in-nar
Minn ġos-smewwiet
L-Anġli ġabu żewġ kwiekeb kbar
Blu, blu, dawk għajnejk sbieħ
Tbissima ta' mistrieħ
Denja li tkun bint Malta
Marija l-Maltija

Marija l-Maltija