Mit-tnedija ta' PASSAPORT, nhar it-30 ta' Diċembru 2009, Maħżen XII, l-Imdina. Vidjo miġbud minn Leonard Cassar.
PASSAPORT poeżija ġdida ta' Antoine Cassar b'disinji ta' Asya Reznikov u Noel Tanti
Validu għall-popli kollha, u għal kull pajsaġġ. Għal kull ċittadin jew raħli tad-demm u l-laħam, twieled fejn twieled. Is-siwi tiegħek mhuwiex proporzjonali għall-popolazzjoni ta' pajjiżek. Dħul bla dazju, m'għandekx bżonn viżi jew timbri, il-bieb maqlugħ miċ-ċaċċiż.
Il-Passaport jista' jinkiseb għand il-ħanut L-Arka, 306 Triq San Pawl, il-Belt. Jinbiegħ b'donazzjoni minima ta' €1, bid-dħul kollu jingħata lill-Migrants Solidarity Movement (http://www.migrantsmalta.org).